

|
• to be an oasis of peace in the heart of Paceville for all visitors of all creeds and religions; |

Bil-għajnuna tal-Mulej, minn Jannar 2009, jiena bdejt nagħmel il-Viżta Pastorali tal-Arċidjoċesi tagħna f’Malta. Hemm il-ħsieb li, f’sitt snin, inkun żort il-parroċċi kollha ta’ Malta.
Il-kelma “viżta” tfisser li wieħed iżur xi post, xi mkien. Tista’ tkun anki żjara għal turiżmu, għal xi laqgħa, eċċ. Fil-każ tiegħi din se tkun Viżta “Pastorali”. Il-kelma “pastorali” ġejja minn kelma “pastor” li tfisser “ragħaj”, jiġifieri l-Viżta Pastorali hija parti importanti mill-missjoni tiegħi bħala Isqof - Ragħaj ta’ din id-djoċesi. Jien mhux se nibda mix-xejn, ma nistax nivvinta jien l-ispirtu li bih nagħmel din il-Viżta. Il-mudell huwa Sidna Ġesù Kristu li huwa r-“Ragħaj it-Tajjeb” (ara Ġw 10, 11-18). Ħa naraw x’inhu l-ispirtu li wriena Sidna Ġesù Kristu. “Ir-Ragħaj it-Tajjeb jagħti ħajtu għan-ngħaġ tiegħu”. Iċ-ċentru ta’ din il-Viżta huwa kull wieħed jew waħda li jagħmlu l-parroċċa, mill-kappillan, għas-saċerdoti u r-reliġjużi, għall-insara kollha.
Jiena se nagħti dan il-ħin tiegħi, biex bl-għajnuna tal-Mulej inwettaqkom fil-ħajja tal-Fidi “Jiena nagħraf in-ngħaġ tiegħi u n-ngħaġ tiegħi jagħrfu lili”. It-tmexxija ta’ Ragħaj hija dak li jsir jaf lil kull wieħed u waħda personalment. Għalkemm huwa impossibli li nagħmel dan personalment fil-Viżta, se jkun hemm ukoll iċ-ċans li nsir naf lil xi wħud minnkom, u intom issiru tafu lili personalment.
Ir-Ragħaj it-Tajjeb jeħtieġ li jiġbor lin-“ngħaġ oħra li mhumiex minn dan il-maqjel”. Qalbi se tkun ukoll lejn dawk li tbiegħdu mill-Knisja. Jekk ma nkunx nista’ nilħaqhom jien, irrid inħeġġeġ lilkom biex tieħdu ħsiebhom intom. Il-Mulej jixtieq ħafna li jara l-merħla għażiża tiegħu “waħda” bla firdiet.
Nitlobkom biex tingħaqdu miegħi fit-talb ħalli joħroġ il-ġid minn din il-Viżta Pastorali.
Nibgħat fuqkom il-Barka tiegħi.
PAWL CREMONA O.P.
Click here for more information about the Vizta Pastorali
Please wait...|
|
|
We invite you to make a 'Sacred Space' in your life, and spend ten minutes, praying here and now, as you sit at your computer, with the help of on-screen presentations and scripture chosen specially every day. |
|
|
