

|
• To be an oasis of peace in the heart of Paceville for all visitors of all creeds and religions; |
BOOKINGS FOR SCHOOLS TO BRING THEIR SENIOR STUDENTS TO THE WOW (WISHING OTHERS WELL) XPERIENCE IS NOW OPEN. ALREADY BOOKINGS HAVE BEEN RECEIVED FROM A FEW SCHOOLS. IF YOU DO NOT WANT TO BE DISAPPOINTED READ THE INVITATION ... AND BOOK IMMIDIADTELY.
Għaziz Kap,
Issa li bdiet sena skolastika ġdida, xtaqna li mill-ġdid nagħmlu invit formali lill-iskejjel sekondarji kollha. Il-proġett li ħdimna fuqu matul dawn l-aħħar tlett snin magħruf bħala: WOW XPERIENCE - Community Empowerment: Body-Mind-Heart/Soul imiss l-aspetti kollha tal-personalita’ u nixtiequ nkomplu nippreżentawh u ngħixuh mal-istudenti l-kbar li jkunu fostna.
L-għan hu doppju kemm f’sens li (a) dan jolqot direttament lilhom f’dan l-istadju tal-iżvillup tagħhom (spiritwali, soċjali, edukattiv, kulturali,) u (b) biex meta jkunu għal ħin ta’ divertiment hawn Paceville filgħaxijiet fil-weekends, jkunu jafu wkoll bil-Millennium Chapel u li huma stess jistgħu jagħmlu uzu minnha.
Il-Programm tal-WOW XPERIENCE ikun jikkonisisti hekk-
9.00 Wasla tal-Klassi (li m’għandix tkun akbar minn 40 student/a)
9.10 Merħba minn Fr.Hilary u ftit ħin ta’ skiet u talb fil-Kappella. Preżentazzjoni ta’ oġġetti ta’ ikel li jġibu t-tfal magħhom biex jingħataw lil fqar.
9.30 DVD preżentazzjoni fuq il-Millennium Chapel (12m)
9.45 Powerpoint presentation / talk fuq suġġetti varji – BULLYING- SELF-ESTEEM-HUMAN RIGHTS – IL-ĦAJJA SABIĦA – Pele’-Maradona-George Best – tlett ġenji tal-futbol – tlett ħajjiet, DROGA U ALKOHOL U SUĠĠETTI OĦRA LI JISTGĦU JAGĦŻLU L-GĦALLIEMA. Dawn ikun ippreżentati minn Fr. Hilary jew mill- Counseller Stephanie Micallef jew xi espert fis-suġġett.
10.30 Coffee break u rikreazzjoni fil-Games Room
11.00. Film qasir fuq suġġetti varji. Esperjenzi minn Żgħażagħ oħra fil-programmi ta’ rijabiltazzjoni u djalogu magħhom.
12.30pm Firmar tal-WOW Xperience-Flower bl-impenn mill-istudenti preżenti.
Nappellaw lil għalliema li jsibu s-suġġett li jaħsbu l-aktar għandhom bżonn l-istudenti tagħhom u li meta jkunu ġejjin jitolbu lill-istess studenti biex iġibu magħhom oġġett tal-ikel kull wieħed (Pakkettt għaġin, landa corn beef jew ton taż-żejt etc.) biex jinġabru f’qoffa fil-Kappella u wara jingħataw lil familji fil-bżonn.
Billi is-sena li għaddiet kien hemm Skejjel li ħallew għall-aħħar biex jibbukkjaw kien hemm min kien id-diżappuntat għax kellna nirrifjutaw billi ma nistgħux nieħdu aktar minn Skola wahda kull nofs ta’ nhar. Nixtiequ infakkru ukoll li l-WOW XPERIENCE mhux neċessarjament isir matul ir-Randan imma nibdew inwettquh mix-xahar ta’ Novembru għal matul is-sena kollha.
Għalhekk nappellaw lilek biex tkellem lil Għalliema nkarigati li jġibu l-istudenti tal-Iskola għal din l-WOW XPERIENCE din is-sena biex ifittxu jċemplu – 2135 4464 jew 2138 1176 jew jiktbu direttament lil Fr. Hilary, id-Direttur tal-Millennium Chapel fuq IL WEBSITE www. millenniumchapel.org jew
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it.
Nirringrazzja lil Ministru tal-Edukazzjoni Dolores Cristina li qed tissaportja din l-inzjattiva u għalhekk m’hemmx bżonn ta’ donazzjoni fi flus għal dawk li jibbukjjaw.
Nirringrazzjak tal-interess, b’awgurju li dan l-ħidma tagħna flimkien tkompli tgħin biex iż-żgħażagħ tagħna jkomplu jkollhom formazzjoni u edukazzjoni iktar ħolistika. Minn qalbi nixtieqlek kull sliem.
frhilary
____________________
Fr Hilary Tagliaferro osa
Director – Millennium Chapel
Please wait...|
|
|
We invite you to make a 'Sacred Space' in your life, and spend ten minutes, praying here and now, as you sit at your computer, with the help of on-screen presentations and scripture chosen specially every day. |
|
|
