F’dawn l jiem wara l-festi tal-Milied numru ta’ ħaddiema mill-Water Services Corporation, bil-permess tas-superjuri tagħhom għamlu xogħol ta’ tibjid fl-kumpless tal-Millennium Chapel / WOW.  
Kien ilu ħafna żmien ma jkun hemm manutenzjoni f’post li jintuża kontiwament minn mijiet ta’ żgħażagħ u persuni oħra li jiffrekwentaw il-post.
Bħalissa aktar minn qabel kien hemm bżonn ta’ dan ix-xogħol minħabba il-ġnien ta’ meditazzjoni li qed jinbena fuq il WOW u li dalwaqt ikun lest.  
Il-Kumpanija tal-Water Services offriet dan is-servizz bill-ħaddiema tagħhom fid-dawl tar-responsabbilta’ soċjali li għandhom.  
J’Alla kumpaniji kbar oħra jieħdu dan l-eżempju.